Blog

Seba' Snin Anniversarju mis-Sħubija Tiegħi fil-Leġjun ta' Marija (David Mario Fenech)

Posted by davidmfenech@yahoo.com on August 12, 2009 at 2:14 AM

 

 

Għeżież qarrejja,

Illum nixtieq naqsam magħkom ftit minn dawn is-seba' snin ta' esperjenza mill-isbaħ fil-Leġjun ta' Marija. Lanqas irrid nemmen illi għadda daqshekk żmien.

Jiena bdejt niġi wara li kelli ħabib tiegħi li kien ilu jokrobli biex immur miegħu l-laqgħa tal-praesidium tiegħu. U jien ma kontx interessat li mmur. Kelli idea daqsxejn negattiva fuq il-legion. Pero' jiena tip ta' bniedem illi m'inhix kapaċi ngħid 'le' u dakinhar mort il-laqgħa biex ma niddiżappuntahx. Malli dħalt fil-Legion Office (inkun sinċier wasalt xi 10 minuti tard), insibhom hemm miġburin żgħażagħ tal-Intermediates b'dik iċ-ċertu devozzjoni jgħidu r-rużarju. Sibt il-President tal-praesidium Marija Mtellgħa s-Sema, li laqgħani b'ċertu entużjażmu.

Ħadt pjaċir. U erġajt mort darboħra, darboħra, darboħra,... u bqajt immur. U issa ilni seba' snin.

F'dawn is-seba' snin illi ilni 'mrobbi' fil-Leġjun, sibt lil dan il-president bħala l-pedament li bnejt fuqu. Il-paċenzja, il-ħlewwa, il-mogħdrija....u anke mbagħad l-imħabba li għandu lejn il-Madonna vera mmeraviljatni. Ispirani. U bil-mod il-mod, jiena sirt parti mil-Leġjun. Fhimt l-iskop tal-Leġjun.

Wara sentejn, ma bqajtx iktar Intermediates imma imbagħad tlajt mal-kbar - is-Seniors. Sibt nies iktar maturi. Kollha fuq l-għoxrin u mbagħad kien hemm jien u erba oħra li kellna tmintax-il sena. Erġajt sibt lill-istess president. Kont kuntent ħafna. Wara sena li kont hemm jien, hu spiċċalu t-term tiegħu ta' president għax kien ilu sitt snin.

Is-suċċessur tiegħu kont jiena. Ħassejt din il-kariga bħala waħda li toffri sfida kbira. Kien żmien fejn il-praesidium kien għaddej minn ċertu bidla minħabba li xi membri telqu minħabba impenji fuq ix-xogħol u/jew studji universitarju. Il-bidu kien mument ta' stress fejn kellna bżonn ifittxu membri li jidħlu fil-grupp tagħna. Bil-mod il-mod sibna żgħażagħ li issa ilhom magħna tliet snin. Kienu u għadhom konsistenti magħna. Fiż-żmien illi jiena ilni president, dejjem kellna Direttur Spiritwali għax dejjem ħassejt illi l-preżenza tiegħu fil-laqgħa hija vitali ħafna bħalma jgħidilna il-Manwal. Kellna lil Patri Ġorġ Bezzina, is-seminalista Michael Curmi (illum saċerdot), is-seminalista ħuh Joseph Curmi (illum saċerdot ukoll), Fr. Joseph Farrugia u llum il-ġurnata għandna lil Fr. Geoffrey G. Attard. Fil-perjodi li aħna konna nkunu mingħajr Direttur Spiritwali, dejjem kellna lil Dun Rużar Borg biex jagħtina s-servizz tiegħu (illi minn hawnhekk nieħu l-opportunita' biex nirringrazzjah).

F'dawn is-seba' snin, kelli mumenti verament sbieħ u partikulari u x'ħin niftakar verament nitbissem. Id-December Functions li nagħmlu lis-Seniors ta' kull sena. Din nieħdu ħsiebha jiena u xi erba' żgħażagħ oħra. Vera nkunu nistennewha. Mument ta' daħk, ferħ u pjaċir. Iż-żjara tal-President tal-Concilium kienet xi ħaġa meraviljuża wkoll. Din saret fis-sajf 2005. Bqajt niftakarha. Mumenti oħra sbieħ kienu dawk li l-praesidium tagħna ta' kull sena, weekend qabel il-Ġimgħa Mqaddsa konna mmorru nagħmlu l-Via Sagra fuq l-Għolja t'Għammar. Konna nitolbu flimkien hemmhekk u mbagħad kien ikollna xi ftit mumenti fejn niċċajtaw u nieħdu pjaċir flimkien.

Il-qofol ta' dawn l-avvenimenti sbieħ hija riċenti ħafna - il-PPC. Il-PPC kienet esperjenza mill-isbaħ. Morna għamilna xogħol siwi f'Oxford. Kienet esperjenza li mmaturatni ħafna. Ħassejt kuntentizza kbira. Verament hija esperjenza illi diffiċli niddiskriviha bil-kliem. Hemm song li fiha din il-frazi: What do you say when words are not enough??? U f'din is-sitwazzjoni, jiena nsaqsi dil-mistoqsija.

Ħa nagħlaq hawn jiena llum. Għaliex se noħdilkom raskom. Nispera li għoġbitkom din l-esperjenza tiegħi fil-Leġjun. Nixtieq l-ewwelnett nirringrazzja lil dawk kollha li għenuni nissaħħaħ fil-Leġjun - post fejn anki jiena sibt il-wens. U nixtieq nirringrazzja lil Alfred Grech li kien dejjem hemm miegħi biex jagħtini pariri siewja. Inħobb ngħidha jiena din. Alfred huwa ħabib kbir u d-dell tiegħi. Grazzi Fred. Nirringrazzja wkoll lil Fr. Geoffrey, illi qed ikun ta' influwenza kbira fil-Leġjun. Fr. Geoffrey, ninkorraġġik tkompli tagħmel dan ix-xogħol ta' siwi u fejda fil-Leġjun.

Nappella biex dawk li għadhom indeċiżi dwar jekk għandhomx jidħlu fil-Leġjun jew le, jiena ngħidilhom biex jittantaw xortihom. Din hija xorti kbira li tatni l-Madonna lili. Nies, agħmlu bħali - ittantaw xortikom!!!!!!

Tislijiet,

David

Categories: None

Post a Comment

Oops!

Oops, you forgot something.

Oops!

The words you entered did not match the given text. Please try again.

Already a member? Sign In

1 Comment

Reply KabGopypayday
10:55 AM on September 02, 2010 
Very Interesting!
Thank You!

Abbreviation Meanings

CG - Gozo Comitium

PR - Curia Maria Priveleggiata

IM - Curia Maria Immakulata

IN - Curia Maria Inkurunata

MV - Curia Maria Vergni

OP - Curia Omm tal-Paci

MR - Curia Madonna tar-Ruzarju

MP - Curia Madonna ta' Pinu

Upcoming Events

  • Kungress tal-Comitium – 12 ta’ Frar fil-H.Q. tal-Legion
  • Kungress tal-Curia ‘Madonna tar-Ruzarju’ – 5 ta’ Frar ghand is-Sorijiet Agostinjani, Ghajnsielem.
  • Acies Kollettiv – 18 ta’ Marzu fil-Knisja tax-Xewkija
  • PPC Recruitment Conference – 26 ta’ Frar fil-H.Q. tal-Legion.

 

Gozo Legion of Mary

Recent Videos

723 views - 0 comments
777 views - 0 comments