Blog

Bar-B-Q b'differenza!!! Tassew b'Differenza!!! (David Mario Fenech)

Posted by davidmfenech@yahoo.com on September 20, 2009 at 5:45 AM

Għeżież qarrejja,


Dalgħodu qed nikteb wara li ħassejtni ferm kuntent il-Ġimgħa li għadda bl-organizzazzjoni eċċezzjonali illi saret fil-Bar-B-Q.  Kien Bar-B-Q b'differenza!!! Ħalla differenza kbira f'ħajjet diversi klijenti tad-Dar l-Arka.


Xi pjaċir kien hemm!!!  X'emozzjoni hassejt!!! 


Inġbarna fil-ġnien tad-Dar l-Arka, ġnien grandjuż u sabiħ.  Morna aħna l-leġjunarji żgħażagħ mimlijin ħeġġa u enerġija.  Morna biex nieħdu pjaċir.  Imma mhux biss.  Morna biex nagħtu pjaċir lil ħaddieħor.  Għalhekk dan kien Bar-B-Q b'differenza. 


L-ewwel bdejna b'quddiesa li kienet ikkonċelebrata minn Fr. Geoffrey G. Attard.  Ta' min jgħid issa la qegħdin insemmuh.  Nista' nħabbar minn issa li għandna Direttur Spiritwali fil-Kumitat taż-Żgħażagħ li huwa l-istess Fr. Geoffrey.  Fr. Geoffrey huwa bniedem enerġetiku, b'mentalita' żagħżugħa u qiegħed fil-qlub taż-żgħażagħ.  Naf fiċ-ċert li f'din il-kariga, Fr. Geoffrey se jagħti kontribut qawwi u ħa jkun effettiv ħafna.  Apparti minnhekk huwa jaf ikun bniedem li kif ngħidu bl-Ingliż with a sense of humour.  Insomma, nawguralek minn qiegħ qalbna, Fr. Geoffrey, filwaqt li nitolbuk titlob għalina. 


Il-quddiesa kienet waħda speċjali.  Kienet ċelebrazzjoni bejn familja kbira.  Proprjament hija familja maqsuma fit-tnejn.  Familja tal-Arka u familja tal-Leġjun li dawn ingħaqqdu flimkien bħala familja biex jagħmlu ċelebrazzjoni sabiħa akkumpanjata b'mużika bellezza minn band magħmula minn pjanista u percussions, tliet kitarristi, vjolinista u diversi kantanti. Fil-quddiesa, kien hemm diversi nies li taw is-sehem tagħhom u dan għamel il-quddiesa speċjali - quddiesa b'differenza wkoll. 


Wara l-quddiesa, għamilna l-Bar-B-Q, fejn kellna ikel tajjeb ħafna - naħtaf l-opportunita' nirringrazzja lil kull min għen biex għamel l-ikel.  Kellna wkoll entertainment minn Denise, Martha, Marisa, Tabita, Marvic u anke mbagħad kelli niddeffes jiena biex inkanta xi żewġ kanzunetti wkoll!!!


Insomma, għeżież Leġjunarji, tajna spettaklu sabiħ, tajna ħafna pjaċir lil nies oħra li forsi t-tbissima tagħhom ma tantx tkun fuq fommhom.  Tajna pjaċir lil nies li forsi okkażżjonijiet bħal dawn f'ħajjithom huma rari ħafna. 


Dan huwa l-ispirtu Leġjunarju.  Ejjew nibqgħu naħdmu biex il-Leġjun jikber u jissaħħaħ iktar b'dan il-mod.  Nixtieq illi l-Leġjun ta' Marija jkun wieħed effettiv u jkun anki f'qalb kull persuna fid-dinja.  Ninsab ċert li jiena u inti li qed taqra dan il-blog kapaċi nbiddlu d-dinja.


Għal-lum nagħlaq din ir-riflessjoni hawnhekk.  Aħsbu fuq dan li ktibt u araw x'taħsbu.  Grazzi o Marija talli tajtna x-xorti li nferrħu lil ħaddieħor. 


Tislijiet,



David

Categories: None

Post a Comment

Oops!

Oops, you forgot something.

Oops!

The words you entered did not match the given text. Please try again.

Already a member? Sign In

0 Comments

Abbreviation Meanings

CG - Gozo Comitium

PR - Curia Maria Priveleggiata

IM - Curia Maria Immakulata

IN - Curia Maria Inkurunata

MV - Curia Maria Vergni

OP - Curia Omm tal-Paci

MR - Curia Madonna tar-Ruzarju

MP - Curia Madonna ta' Pinu

Upcoming Events

  • Kungress tal-Comitium – 12 ta’ Frar fil-H.Q. tal-Legion
  • Kungress tal-Curia ‘Madonna tar-Ruzarju’ – 5 ta’ Frar ghand is-Sorijiet Agostinjani, Ghajnsielem.
  • Acies Kollettiv – 18 ta’ Marzu fil-Knisja tax-Xewkija
  • PPC Recruitment Conference – 26 ta’ Frar fil-H.Q. tal-Legion.

 

Gozo Legion of Mary

Recent Videos

723 views - 0 comments
777 views - 0 comments