Blog

Il-Peregrinatio Pro christo ta' Ruma 2009 (Josephine Formosa)

Posted by davidmfenech@yahoo.com on August 21, 2009 at 3:30 AM

''Ghajb ghalija jekk ma nxandarx lil Kristu u lil Dan imsallab'', qalilna San Pawl, wiehed mill-patruni tal-Legjun ta' Marija.

 Kos! dak li provajna naghmlu fil-parocca ta' Ognisanti, f'Ruma( tefgha ta' gebla 'l boghod min San Giovanni Laterano) mill-20 sas-27 ta' Gunju 2009. Gejna imbaghad ippremjati ghal dan l-isforz ta' evangelizzazzjoni billi l-ghada fit-28 u l-pitghada fid-29 ta' Gunju kellna x-xorti niehdu sehem ukoll b'seats  ibbukjati minn qabel, ghac-celebrazzjonijiet solenni t'gheluq is-Sena Pawlina.

Sew il-kappillan kemm il-legjunarji lokali  laqghuna hafna u ghenuna wkoll. Dlonk middejna ghonqna ghax-xoghol, nimitaw lil San Pawl, inxandru lil Kristu u lil Dan imsallab. Saru fuq mitejn kuntatt. Il-persuni ikkuntattjati kollha kellhom l-istorja umana taghhom x'jirrakkuntaw.99% taghhom huma mghammdin fi Kristu izda qeghdin jimxu wara Dan Kristu Msallab? Bil-mod kif qed jghixu donnhom jridu jghidu lil Gesu, ''hallina mill-ispirtu ta' cahda, hallina minn salibek, jien  il-mara telqitni, ghax m'ghandix insib ohra, fil-fatt ghandi siehba u qed niprova ngib id-divorzju;   jien le, m'ghammidthiex lil binti, issa ghandha 12-il sena, tara hi u taghzel hi jekk tridx titghammed jew le;   jien m'ghandix hin ghall-quddiesa tal-Hadd, nahdem il-gimgha kollha u l-Hadd irrid nistrieh, nibqa ' rieqed;   le m'ghadnix nemmen, ma nara ebda differenza bejn hajja ta' sigra u dik ta' bniedem;   jien mghammed imma ma nipprattikax il-fidi u ghalija m'hemmx aghar mid-demokrazija, l'ideal tieghi kien ir-regim Tedesk u dik ta' l-olokawst tal-Lhud hi kollha invenzjoni ta' l-Insara;   m'ghandix fidi fis-sacerdoti, dawk ifittxu li jkunu tajjeb huma , ma tarax tidhol fil- kunvent taghhom  ghandhom salotti sbieh ecc;   is-sacerdoti      -    ghalfejn ic-celibat, dawk ghandhom kollha jizzewgu;   jien  kelli nhalli pajjizi ghax zewgi kien juza vjolenza fuqi u tlaqt u gejt l-Italja nahdem u gibt it-tfal mieghi, inhossni ahjar li hlist mis-swat ma tantx immur knisja xi darba immur nitlob imma nitlob lil Alla biss meta nkun irrid xi haga minn ghandu l-aktar biex ifieq it-tifel ghax marradi;   jien issa qtajt qalbi, ghaddejt minn kemm il-trauma u nhossni ddestinat ghall-infern''. Dawn kienu xi ftit espressjonijiet mill-hafna li smajna u juruna il-fragilita taghna u fl-istess hin rridu nghixu kif ifettlilna mentri Gesu qalilna'',Erfa' salibek u imxi warajja'' '' Ejjew ghandi intom li intom imtaqqlin u jien inserrahhkom.'' Biex timxi fi triq tal-Kmandamenti u it-taghlim tal-Knisja hafna drabi hu difficli imma ghandna kull ghajnuna biex nistghu naghmlu dan; immbaghad'' induqu u naraw kemm hu tajjeb il-Mulej''.Quddiem dawn is-sitwazzjonijiet u ohrajn jixbhuhom li elenkajt  izjed 'lquddiem, mhux ta' min jaqta' qalbu. Fil-fatt il-magguranza qghadu jisimghu l-messagg taghna u l-medalja mirakuluza kollha accettawha fil-pront u bil-qalb. Marija hi t-tama taghna ; hi l-iktar triq qasira u sgura li twassalna ghand Gesu.

Ma rridx ma nsemmix li ltqajna ma dawk il-ftit  li huma Kattolci awtentici jew ahjar qaddisin, ghaliex le! Omm minn Sqallija giet ma' binha zaghzugh ifittex xoghol f'Ruma u stqarriet maghna li ghandha fiducja shiha f'Gesu u f'Marija u li qatt ma thalli l-quddiesa ta' kuljum. Kienet ghada kif temmet pellegrinagg m'ohrajn u semmiet li mxiet min-nofs il-lejl sas-6.30 ta' fil-ghodu lejn is-Santwarju tal -Madonna Del Divin Amore. Ezempju iehor ta' tfajla universitarja li qed tghix il-hajja Kattolka b'mod edifikantiNies bhal dawn kienu ta' kuragg ghalina u ahna ghalihom. 

Zorna wkoll numru kbir ta' anzjani bejn 80 u 90 sena u sahansitra wahda ta' 104 li baqghalha mohhha lucidu hafna. Dawn sibnihom jew fil-Home li hemm fil-parocca mmexxija mis-sorijiet jew inkella fid-djarhom . Lil dawn ta' l-ahhar titwasslilhom l-Ewkaristija b'mod regulari; ilkoll jidhru maqghudin mal-Mulej fit-talb ubs-sofferenza.

Dawn is-sebat ijiem ta' PPC kienu granet ta talb intensiv, kuntatti t'evangelizzizzjoni, ta' hajja kommunitarja fejn dehret hafna l-imhabba fraterna, ta' gheja wkoll izda ta' sodisfazzjon kbir.

Kif ghidt fil-bidu il-jumejn ta' wara l-PPC hadna sehem fl-Ghasar solenni ippresedut mill-Papa Benedittu XVl f'San Paolo Fuor le Mura fit -28 ta' Gunju maqghudin m'eluf ta'pellegrini mid-dinja kollha. Imbaghad fid-29 ta' Gunju, festa ta' San pietru u San Pawl , patruni ta' Ruma hadna sehem fil-quddiesa tal-Papa fil-Bazilka ta' San Pietru fil-Vatikan. Kellna xorti tassew kbira li hadna sehem f'dawn ic-celebrazzjonijiet Pawlini kif ukoll obdejna Kmand Gesu biex immorru inxerrdu l-kelma tieghu;, David Maril-ahhar gurnata ghaddejniha kulhadd kif xtaq hu jew inzuru postijiet interessanti jew fix-xiri jew fit-tnejn.


ad jesum per mariam.

 

josephine Formosa.

 

 

 

 

Categories: None

Post a Comment

Oops!

Oops, you forgot something.

Oops!

The words you entered did not match the given text. Please try again.

Already a member? Sign In

1 Comment

Reply George Gauci
04:28 PM on August 21, 2009 
Il-kazi li semmiet Josephine ta' bruda, nuqqas ta' fidi, hafna ma jridu jafu b'xejn, ecc, flok ma jaqtghulna qalbna, ghandhom jimlewna bil-kuragg biex nippruvaw immorru naghmlu xi haga, zghira kemm hi zghira ahna wkoll, forsi nsalvaw imqar ruh. G. G.

Abbreviation Meanings

CG - Gozo Comitium

PR - Curia Maria Priveleggiata

IM - Curia Maria Immakulata

IN - Curia Maria Inkurunata

MV - Curia Maria Vergni

OP - Curia Omm tal-Paci

MR - Curia Madonna tar-Ruzarju

MP - Curia Madonna ta' Pinu

Upcoming Events

  • laqgha ghall-Ufficcjali tal-Kunsilli fil-Post tal- Legjun, Victoria 23/04/2012
  • irtir ta' jumejn ghall-membri rgiel f'Dar Manresa 28, 29/04/2012
  • irtir ta' jumejn ghall-membri nisa fis-Seminarju Tal-Virtu' Malta 5,6/05/2012
  • Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t'Alla f'Kercem 22/04/2012
  • Pilgrimage-tour to seven churches on Good Friday 06/04/2012
  • Apostolat ta' zmien il-Ghid 6,7/04/2012

Gozo Legion of Mary

Recent Videos

817 views - 0 comments
856 views - 0 comments